Join Us On:

News Archive

OTTUBRU DIFFERENTI FIT-TEATRU ASTRA

Kull sena Ottubru jkun xahar ferm impenjattiv għat-Teatru Astra.  Din is-sena Ottubru huwa differenti ħafna minħabba l-posponiment tal-opra lirika Carmen li suppost kellha ssir lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.  Mur immaġina, sena ilu, waqt it-tħejjija tal-opra Il Trovatore, li sena wara konna se nkunu qed nipposponu l-opra !

Propjament it-tħejjija ma kinitx tkun biss għall-opra imma wkoll għal bqija tal-attivitajiet ta’ Festival Mediterranea, li din is-sena kien se jkun fis-19 -il edizzjoni.  Din tal-2020 hija realtà li naħseb qatt ma mmaġinajna imma fl-istess ħin urietna li fid-dinja ħadd ma jista’ jieħu xejn garantit.

Naturalment dan iż-żmien qed iservi biex it-Teatru Astra u partijiet oħra tal-każin jiġu rinnovati u fejn hemm xi ħsarat jitranġaw biex jekk Alla jrid meta jgħaddi kollox nerġgħu naqbdu r-rittmu ta’ attivitajiet. Ma ninsewx li probabbli l-aktar settur milqut fid-dinja huwa dak tal-performing arts, li naħseb huwa l-uniku settur li baqa qatt ma fetaħ il-bibien tiegħu, anke meta l-pandemija kienet ġiet imrażżna xi ftit.  Fix-xena internazzjonali t-teatri, li ġa ħafna minnhom kienu f’diffikultajiet kbar, laqqtu d-daqqa mortali biex jagħlqu b’mod indefinit. Anke fl-akbar teatri importanti fid-dinja tħassru spettakli ta’ kull xorta u ġeneru, ibda mill-opra lirika, żfin, musicals u kunċerti.  Il-maġġoranza tal-impjegati f’dawn t-teatri l-kbar spiċċaw bla xogħol u għad ma hemmx sinjal ta’ meta se jgħaddi kollox.  Nisperaw li jinstab vaċċin effettiv li jgħin biex il-popli jiġġieldu aħjar lil dan il-virus u nibdew ngħixu bi ftit aktar normalità.

Fit-Teatru Astra s-sena l-oħra fissret ukoll li l-musical Sister Act, li kellu jsir f’Marzu 2020 ġie pospost ukoll għal 2021.  Nittamaw lkoll li l-2021 ikun  aħjar mis-sena li qegħdin fiha u nerġgħu nibdew naraw t-Teatru Astra b’ attività kontinwa kif aħna mdorrijin.

_JMJ0015

_JMJ8873

IMG_2327