Join Us On:

News Archive

STUDENTI SE JTELLGĦU “COSI FAN TUTTE” FIT-TEATRU ASTRA

Untitled-1

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Mejju t-Teatru Astra se jilqa fi ħdanu troupe internazzjonali ta’ studenti fil-mużika li ser itellgħu l-opra Cosi fan tutte ta’ Mozart.  Cosi fan tutte hija waħda mill-opri favoriti ta’ Mozart u allura din se tkun okkażjoni tajba ħafna għal dawk li jsegwu l-opri fit-Teatru tagħna.  Cosi fan tutte se tibda fis-7.30pm.  Din il-produzzjoni qed tiġi mtella’ mill-European Project IP Phoenix, a multimedia Renaissance, liema proġett involva entitajiet mużikali u artistiċi mill-Italja, Belġju, l-Olanda, Portugall, Slovakkja u t-Turkija.  L-Università ta’ Malta għandha wkoll parti f’din l-attività.

L-attività hija b’xejn imma wieħed se jkun jista’ jagħmel donazzjoni waqt li jkun dieħel fit-Teatru.  Biex wieħed jibbukkja jista’ jibgħat fuq [email protected]