Join Us On:

News Archive

ONORATI ERBA’ BANDISTI TAL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Ilbieraħ, is-Sibt 12 ta’ Lulju, kienet ukoll ġurnata memorabbli għas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella għaliex, erba’ bandisti ġew onorati bl-ogħla gieħ ta’ ‘Bandisti għal Għomorhom’, b’ rikonoxxenza għall-50 sena servizz lill-Banda Ċittadina La Stella.

Il-bandisti onorati il-bieraħ, u li fi tmiem il-kunċert ġew ippreżentati b’tifkira tal-okkażjoni mill-President tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, is-Sur Michael Formosa, huma is-Sinjuri George Borg, George Isaac Camilleri, Karmnu Farrugia u Michael Said.

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tibqa’ għal dejjem rikonoxxenti lejhom u l-familji tagħhom u tawgura li l-eżempju tagħhom jixpruna aktar servizz diżinteressat lejn is-Soċjeta’ u l-Banda Ċittadina La Stella. 🏴󠁧󠁢󠁥󠁮󠁧󠁿

Ritratti: Joe Attard