Join Us On:

News Archive

NUMRU TA’ PROĠETTI FIL-KAŻIN LA STELLA

Bħalissa, għalkemm il-każin huwa magħluq minħabba l-pandemija, hemm ħafna xogħol għaddej fuq numru ta’ proġetti.  F’din il-clip li qed nippreżentaw, il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, s-Sur Michael Formosa, qed jagħti daqqa t’għajn lejn diversi xogħolijiet li huma għaddejjin fil-kumpless tat-Teatru Astra u l-Każin La Stella. Għalhekk inħeġġukom tkomplu s-segwu l-mezzi ta’komunikazzjoni tagħna biex tinżammu aġġoranti fuq dak kollu li jkun qed jiġri minn wara l-kwinti.  Ċertament dan iż-żmien tal-pendemija, għalkemm żmien diffiċli ħafna, mhux sew jkun żmien mitluf.  Nittamaw li ma ndumux ma nkunu nistgħu ingawdu dawk il-proġetti li ġa huma lesti, kif ukoll dawk li għadu għaddej ix-xogħol fuqhom.