STUDENTI TAL-BANDA LA STELLA FIN-NOVENA TAL-MILIED
Matul il-jiem tan-Novena tal-Milied, ġewwa l-Bażilika ta’San Ġorġ, ħadu sehem l-alljievi tal-banda tagħna billi daqqew siltiet mużikali marbuta ma’ dawn il-jiem. Kien ta’ pjaċir u unur għall-banda tagħna li minkejja ż-żminijiet xejn faċli li għaddejjin minnhom minħabba l-pandemija irnexxielna nkomplu bil-lezzjonijiet u saħansita tajna opportunità lill-alljievi tagħna biex idoqqu quddiem pubbliku. Grazzi wkoll lill-Arċipriet Mons Joseph Curmi talli tagħna din l-opportunità. Prosit tassew lill-għalliema tagħhom Michael Bonanno (wood wind) u George Camilleri (brass).
L-alljievi li ħadu sehem huma dawn; Kristen Grima (clarinet), Kurt Vella (clarinet), Jurgen Bugeja (clarinet), Karmeen Cutajar (clarinet), Paul Cassar (clarinet), Joseph Attard (trumpet), Keith Vella (trombone), Luca Galea (saxophone) u Jermone Vella (French Horn). Kellu jkun hemm Justin Cauchi (clarinet) ukoll imma inzerta indispost fil-ġurnata tal-performance tiegħu. Prosit u awguri !
(Ġesu Bambin xogħol ta’ Adonai Camilleri Cauchi, propjetà tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Ritratt ta’ Ġesu Bambin huwa ta’ George Sacco Xerri)