Join Us On:

News Archive

NIRRIKONOXXU L-ĦIDMA TA’ BANDISTI U MEMBRI TAL-KUMITAT

Hekk kif nhar is-Sibt li għadda fl-għeluq ta’ Festival Mediterranea l-banda dekana tellgħet programm mużikali eċċezzjonali, il-kumitat ċentrali ħaseb biex f’din l-istess okkażjoni jonora tmien bandisti u membri fil-kumitat għall-ħidma kbira tagħhom b’risq is-Soċ. Filar. La Stella. 

Fil-fatt qabel l-esekuzzjoni tal-kompożizzjoni kolossali ta’ P. I. Tchaikovsky, l-Overture 1812, il-president tas-Soċjeta’ Dr Joseph Grech akkumpanjat mis-segretarju s-sur Michael Formosa ppreżentaw tifkira lil persuni li matul is-snin li għaddew u anke fil-preżent taw u għadhom jagħtu servizz imprezzabbli f’diversi sezzjonijiet fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u anke fil-kumitat ċentrali.

Il-membri fil-kumitat u l-bandisti onorati kienu dawn:
Joseph Bajada: rikonoxximent għas-servizz twil li ta u li għadu jagħti bħala bandist.
George Borg: rikonoxximent għas-servizz twil li huwa ta u għadu jagħti bħala membru fil-kumitat.
Dolindo Cassar: rikonoxximent għas-servizz twil li huwa ta (anke fil-kariga ta’ president tas-Soċjeta’) u għad ikompli jagħti fid-direzzjoni tas-Soċjeta’.
M’Angelo Galea: rikonoxximent għas-servizz twil li huwa ta bħala membru tal-kumitat partikularment fis-settur tal-finanzi, kif ukoll fil-qasam tal-palk.
George Farrugia; rikonoxximent għas-servizz twil li huwa ta bħala membru fil-kumitat kif ukoll fil-qasam tal-vestwarju tat-teatru fejn għadu attiv sal-lum.
Dr Maria Frendo: rikonoxximent għas-sehem mill-iktar importanti li hija tat u għadha tagħti fit-tħejjija tal-kor li jieħu sehem fl-opri liriċi li jittellgħu ta’ kull sena fit-teatru.
Anthony Zammit: rikonoxximent għas-servizz twil li huwa ta u għad ikompli jagħti fid-direzzjoni tas-Soċjeta’.
Carmel Zammit: rikonoxximent għas-servizz  twil li huwa ta bħala membru fil-kumitat kif ukoll fil-qasam tal-palk fejn għadu attiv sal-lum.

Is-Soċjeta’ La Stella tħossha rikonoxxenti għal ħidma ta’ dawn il-persuni u numru kbir ieħor ta’ persuni li ħadmu u għadhom jaħdmu b’mod volontarju biex jaraw lis-Soċjeta’ li huma tant jgħożżu miexja dejjem ‘il quddiem u b’hekk tibqa’ tkun ta’ servizz fil-qasam kulturali ta’ pajjiżna.