NIFIRĦU MAL-KAPITLU ĠORĠJAN
Is-Soċ. Filar. La Stella tixtieq tingħaqad mal-komunita’ kollha Ġorġjana biex tifraħ lill-membri tal-kapitlu tal-kolleġġjata Ġorġjana għall-ħatriet ġodda tagħhom fi ħdan l-istess kapitlu. Fit-tielet jum tat-Tridu solenni fl-okkażjoni tal-festi ad unur San Ġorġ Martri patrun u protettur tal-gżira Għawdxija, u fil-preżenza tad-dekan tal-Kolleġġjata, l-Isqof Mons. Mario Grech, sitt kanoniċi ġew maħtura uffiċċjali ġodda fi ħdan il-kapitlu, filwaqt li tlieta oħra ġew maħtura kanoniċi tal-imsemmi kapitlu. Issa, l-ogħla pożizzjonijiet tal-kapitlu Ġorġjan huma kollha okkupati. Mons. Carmelo Scicluna ġie maħtur teżorier tal-kapitlu; Mons. Karm Grech ġie maħtur kantur; Mons. Saver Calleja ġie maħtur primiċerju; il-Kan. Giovanni Mercieca maħtur penitenzier; il-Kan. Ġużeppi Sacco teologu u l-Kan. Felix Tabone ġie maħtur kanċillier. Il-Kan. George J. Frendo u l-Kan. Emanuel Buttigieg, ġew maħtura kanoniċi tal-Kolleġġjata Lateranensi, filwaqt li l-Kan. George Bezzina ġie maħtur kanoniku koġitur. Is-Soċjeta’ ferħet uffiċjalment lil dawn il-kanoniċi b’ittra datata 18 ta’ Lulju 2009.