Join Us On:

News Archive

NIĊĊELEBRAW MA’ VICTORIA HOTSPURS

Għada l-Ħadd 9 ta’ Mejju, il-banda ċittadina La Stella ġiet mistiedna biex tagħmel marċ brijuż bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għar-rebħ tal-ħdax-il kampjonat Għawdxi mit-tim ta’ Victoria Hotspurs. Fil-fatt fuq dan is-sit is-Soċjeta’ diġa’ awgurat lit-tim tal-Hotspurs għar-rebħ ta’ dan l-akbar unur fil-futbol Għawdxi. L-istess klabb organizza numru ta’ attivitajiet biex jiġi ċċelebrat dan l-unur u propju għada l-banda La Stella ser tagħmel marċ brijuż li għalih mistennija jattendu numru kbir ta’ partitarji kif għamlu fl-okkażjonijiet preċedenti.

Il-marċ jibda fil-11.00am minn quddiem il-knisja ta’ San Franġisk u jilħaq il-qofol tiegħu quddiem il-każin ta’ Victoria Hotspurs. Minn din il-paġna nistiednu lill-partitarji kollha tal-klabb li fil-maġġoranza tagħhom huma lkoll partitarji Ġorġjani u tal-Istilla biex jattendu għal din l-attivita’, biex flimkien niċċelebraw dan l-unur li rritorna f’beltna wara nuqqas ta’ għaxar snin.

Mill-ġdid nawguraw lil Victoria Hotspurs FC aktar u aktar unuri fil-futur qarib.