Join Us On:

News Archive

NIDĦLU FIL-QALBA TAL-FESTA

Wara li l-bieraħ kien l-ewwel jum tat-tridu solenni issa ninsabu fil-qalba tal-festa għażiża ta’ San Ġorġ Martri, Patrun u Protettur tal-Belt Victoria u ta’ Għawdex. Komplu segwu l-paġni tas-social media tad-diversi sezzjonijiet u tal-parroċċa tagħna biex tkunu aġġornati bl’avvenimenti kollha. Grazzi l-tant voluntiera li jiddedikaw ħinhom u l-enerġija tagħhom u lis-sostenituri finanzjarji tagħna biex dan kollu jkun possibli. Ejja bħala kommunità magħquda nkomplu nagħmlu festa kbira kif tixraq lill-beltna u l-gżiritna. Viva San Ġorġ!

Ritratt: Mill-paġna tal-Facebook tal-Bażilika ta’ San Ġorġ