NHAR L-ERBGĦA JIBDA L-VIAF
Nhar il-Erbgħa li ġej, 10 ta’ Ġunju se jingħata bidu għall-Victoria International Arts Festival (VIAF) li issa wasal fit-18 -il edizzjoni tiegħu. Fil-kunċert inawgurali se tieħu sehem l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, surmast direttur tal-Banda Ċittadina La Stella u direttur artistiku tal-VIAF. Bħala solisti il-kunċert inawgurali se jkollu lil Pierre Louis Attard (vjolin), Britt Arend (harp) u Miriam Cauchi (soprano).
Il-festival jkompli sejjer sat-Tnejn 13 ta’ Lulju kważi b’kunċert kuljum (minbarra l-14 ta’ Ġunju 2015), u jinkludi mużiċisti ta’ fama internazzjonali. Fil-mużew Il-Ħaġar se ssir ukoll wirja ta’ pittura ta’ Dr Mark Sagona li se tiftaħ nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju.
Għal aktar dettalji dwar l-appuntamenti tal-festival wieħed jista’ jidħol fis-sit elettroniku www.viaf.org.mt.