MOVIES IN MOTION FIT-TEATRU ASTRA
Is-Centre Dance Stage Academy, taħt id-direzzjoni u koreografija ta’ Nathalie Sciortino se ttella’ l-ispettaklu Movies in Motion fit-Teatru Astra. Dan is-show huwa r-raba’ wieħed tagħha u se jsir fit-Teatru nhar is-Sibt 30ta’ Novembru u s-Sibt 7 ta’ Diċembru fis-7.30pm. L-ispettaklu jinkludi ‘l fuq minn 200 żeffiena li se jkollu sagħtejn żfin mal-mużika tal-films bħal Pirates of the Caribbean, Rocky, James Bond, Gladiator, Pearl Harbor u Schindler’s List fost oħrajn. Wieħed jista’ jixtri l-biljetti (€15) billi jibbukkja fuq 79200488 jew 21565620.

