MONUMENT FUNEBRI ĠDID
Dalgħodu, delegazzjoni tal-Kumitat immexxija mill-President tas-Soċjeta’, is-Sur Michael Formosa, poġġiet bukkett fjuri fuq il-monument funebri l-ġdid li għadu kemm tpoġġa fuq iż-żewġt oqbra tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, fiċ-ċimiterju tal-Belt Victoria. Dan il-monument isellem il-memorja ta’ kull min ħadem b’ risq is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tul l-istorja glorjuża tagħha.
Il-monument inħadem mill-marmista Ronnie Pisani u ġie ffinanzjat bid-donazzjonijiet tas-Soċi, bit-tħabrik tas-Sur Nenu Cremona.
Iċ-ċerimonja tat-tberik ta’ dan il-monument ser issir fix-xhur li ġejjin.
Intant din l-inzjattiva ġiet ukoll irrappurtata fis-Sunday Times of Malta