Join Us On:

News Archive

MONS ISQOF MARIO GRECH IŻUR TEATRU ASTRA

Bħala parti mill-viżta pastorali li qegħda ssir bħalissa fil-parroċċa tagħna, Mons Mario Grech, Isqof Djoċesan u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana, il-bieraħ filgħaxija żar it-Teatru Astra u l-kumpless tal-każin. Monsinjur Grech ġie milqugħ minn membri tal-kumitat u diversi partitarji attivi fil-ħajja tal-każin.

Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi temi fejn il-kollaborazzjoni tista’ titjieb kif ukoll materji oħra li għandhom x’jaqsmu mal-attività li tkun għaddejja fil-każin matul is-sena. Mons Isqof irringrazzja lis-Soċjetà Filarmonika La Stella għax-xogħol kollu li tagħmel matul is-sena kemm fuq livel ta’ banda, teatru, opra u festa, kif ukoll f’dak li jirrigwardja il-kollaborazzjoni mal-parroċċa ta’ San Ġorġ.2015-12-10 19.16.40