Join Us On:

News Archive

MITT SENA MILL-MEWT TAL-PERIT PIETRU ATTARD

Il-bieraħ filgħaxija waqt il-Kunċert Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella tnieda l-ktejjeb Il-Perit Pietru Attard (1835-1916) miktub minn bandist tagħna, is-Sur Michael Said.  Il-ktejjeb ġie ppubblikat fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-mewt tal-Perit Pietru Attard, il-fundatur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.

Il-ktejjeb fih ġabra ta’ informazzjoni dwar il-ħajja u l-familja Attard u kif l-istorja tagħha intgħaġnet ma’ dik tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Kien appuntu il-Perit Attard bl-għajnuna tas-Surmast Anton Buhagiar, li kien l-ewwel Surmast ta’ din il-banda, li poġġew il-pedamenti tas-Soċjetà li għandna llum.

Aħna l-bandisti, membri tal-kumitat, partitarji u sostenituri tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għandna nkunu grati lejn il-Perit Pietru Attard għall-imħabba u d-dedikazzjoni li kellu lejn is-Soċjetà tagħna.

Il-bieraħ filgħaxija, waqt il-Kunċert Annwali, il-Banda Ċittadina La Stella daqqet għall-ewwel darba Ribera, kompożizzjoni tas-Surmast Gian Antonio Cinà, għall-Perit Attard li ġġib id-data tas-19 ta’ Lulju 1898.

Il-ktejjeb, li huwa pubblikazzoni tas-Soċjetà Filarmonika La Stella jista’ jinkiseb għall-donazzjoni mill-Każin La Stella.

pietro-attard santa-pietro-attard-2