Join Us On:

News Archive

MERĦBA!

23 ta’ April, 2007 – Jum San Ġorġ Martri: Nagħtukom MERĦBA fil-websajt uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ AD 1863, tal-belt Victoria. F’din il-websajt wieħed jista’ jsib informazzjoni fuq din is-soċjetà mużikali ewlenija fi gżiritna. Barra l-paġna bi ġrajjiet kurrenti, wieħed jista’ jfittex u jaqra dwar kull sezzjoni ta’ din is-Soċjetà: l-għaqdiet taż-żgħażagħ; tal-armar; tan-nar; il-grupp folkloristiku u fuq kollox il-banda li hija r-ruħ tas-Soċjetà. 

Wieħed jista’ jaqra wkoll dwar l-istorja glorjuża ta’ din is-Soċjetà, dwar ir-rabtiet mal-Parroċċa tal-belt Victoria, il-parroċċa ta’ San Ġorġ, kif ukoll informazzjoni fuq it-Teatru Astra, li huwa s-sede tas-Soċjetà La Stella. Issibu wkoll numru kbir ta’ ritratti kemm mill-passat kif ukoll oħrajn aktar riċenti ta’ attivitajiet u ta’ ċelebrazzjonijiet organizzati mis-Soċjetà. 

Napprezzaw ħafna li tgħaddulna l-kummenti tagħkom dwar dan is-sit fuq il-guestbook tagħna. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjawna permezz ta’ l-email: [email protected]