Join Us On:

News Archive

MAĦTURA L-OGĦLA UFFIĊĊJALI TAL-KUMITAT ĠENERALI

Fl-ewwel seduta tal-kumitat ġenerali li ġie elett fl-1 ta’ Marzu, ġew maħtura l-ogħla uffiċċjali tas-Soċjeta’. Fit-8 ta’ Marzu fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ president tas-Soċjeta’, Dr Joseph Grech ġie kkonfermat president, u għalhekk fis-seduta li saret nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu, ġew magħrufa l-uffiċċjali l-oħra li ser imexxu s-Soċjeta’ Filarmonika La Stella fit-tnax-il xahar li ġejjin.

Fil-kariga ta’ Viċi President ġie kkonfermat Paul Zammit. Fil-kariga ta’ Segretarju ġie elett Michael Formosa, li ser jokkupa din il-kariga għall-ewwel darba. George Cremona żamm postu fil-kariga ta’ Assistent Segretarju. L-istess jgħodd għal Anthony Zammit li żamm il-kariga ta’ Teżorier. George Cini u George Farrugia għal sena oħra ġew maħtura bħala kontrollaturi finanzjarji tas-Soċjeta’. Fil-kariga ta’ PRO ġie elett George Apap, li wkoll qed jokkupa din il-kariga għall-ewwel darba. George Borg u Michel Buttigieg ġew maħtura delegati tal-banda, filwaqt li Silvio Cini ġie magħżul biex jokkupa l-kariga ta’ Arkivista tas-Soċjeta’.
 
Intant f’din l-ewwel laqgħa ġiet diskussa wkoll l-idea li jinħatar sotto-kumitat ġdid li ser jikkordina x-xogħol li għaddej minn diversi għaqdiet fi ħdan is-Soċjeta’: tal-Armar, tan-Nar, Tiġrijiet taż-żwiemel, b’risq il-festa ta’ San Ġorġ. George Borg ġie maħtur bħala ko-ordinatur. 

Fis-seduta li jmiss ser jiġu maħtura l-uffiċċjali l-oħra tal-kumitat ġenerali tas-Soċjeta’.