Join Us On:

News Archive

MARISA D’AMATO FIT-TEATRU ASTRA

Nhar is-Sibt li għadda, għal darb’oħra l-foyer tat-Teatru Astra kien ippakkjat bin-nies li attendew għal ‘Country Night’ organizzata mis-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’. Għal din il-‘country night’ kellna bħala mistiedna kantanta li isimha huwa sinonimu mal-mużika country, Marisa D’Amato.

Din kienet it-tieni okkażjoni li għaliha ġiet mistiedna din il-kantanta fit-teatru Astra. In-nies, l-aktar dawk li għandhom għal qalbhom dan il-ġeneru ta’ mużika attendew bi ħġarhom għal din is-serata li minbarra kant, kienet tinkludi wkoll ikla. Nistgħu ngħidu li għal darb’oħra din is-serata kienet suċċess kbir u hemm il-ħsieb li okkażjonijiet simili jiġu organizzati aktar regolarment. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex din l-attività setgħet isseħħ, kif ukoll lil dawk kollha li attendew.

11/05/2008