Join Us On:

News Archive

LOTTERIJA TAL-MILIED

Idħol fiċ-ċans li tirbaħ 1,000.00 f’ cash dan il-Milied u tkun qed tgħin lis-Soċjeta Filarmonika La Stella fit-tkomplija tal-proġetti tagħha.

Biljetti jistgħu jinkisbu minn Pjazza San Ġorġ (Carmelo Cremona), Vajrinġa Supermarket u mingħand il-membri tal-Kumitat Ġenerali tas-Soċjeta Filarmonika La Stella. Kull biljett jiswa €2.00.

Wieħed jista jordna biljetti għal-lotterija billi jibgħat l-flus tal-lotterija u jindika ismu, indirizz postali jew elettroniku u l-ammont ta’ biljetti li jixtieq jordna bil-posta fl-indirizz ‘9, Triq ir-Repubblika, Victoria, Gozo, Malta’ jew inkella permezz ta’ Revolut fuq 99274330 jew permezz tal-websjat https://www.teatruastra.org.mt/donate. L-individwu jirċievi bil-posta jew permezz ta’ emejl kopja tal-biljett/i li jkun ordna u ħallas.

Din il-logħba hi liċenzjata mill-Malta Gaming Authority bin-numru MGA/NPG/203/2020 u kull min huwa taħt l-eta’ ta’ tmintax -il sena ma’ jistax jipparteċipa f’ din il-lotterija.