Join Us On:

News Archive

LEZZJONIJIET TAŻ-ŻFIN FIT-TEATRU ASTRA

Fil-ġranet li ġejjin ser ikomplu l-korsijiet fiż-żfin klassiku (ballet) ġewwa sala attrezzata għaż-żfin fit-Teatru Astra, taħt id-direzzjoni ta’ Sarah Grech, għalliema kwalifikata mir-Royal Academy of Dance ta’ Londra. Il-lezzjonijiet huma miftuħa kemm għall-bniet kif ukoll għas-subien minn 4 snin ‘il fuq u jwasslu għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Dance, li hija istituzzjoni prestiġġjuża rikonoxxuta internazzjonalment. L-istudenti jkollhom opportunitajiet matul is-sena biex jieħdu sehem f’attivitajiet kulturali.

Il-korsijiet ser jibdew fil-ġimgha tat-22 ta’ Settembru 2014. Dawk kollha interessati jistgħu iċemplu fuq 99993512 jew jibagħtu email fuq [email protected] għal aktar informazzjoni.

Capture