Join Us On:

News Archive

LEJN FESTIVAL MEDITERRANEA 2010

Hekk kif ninsabu f’nofs ix-xahar ta’ Mejju, il-preparamenti għall-edizzjoni li jmiss ta’ Festival Mediterranea jinsabu għaddejjin ġmielhom. L-edizzjoni li jmiss ta’ dan il-festival kulturali ser tkun id-disa’ waħda, u wara s-suċċessi miksuba fl-edizzjonijiet preċedenti, żgur li din l-edizzjoni ser tkompli tibni fuq dak li nkiseb fis-snin li għaddew.

Il-kumitat responsabbli minn dan il-festival, fi ħdan is-Soċ. Filar. La Stella qed jaħdem bi sħiħ biex fil-ġranet li ġejjin jitħabbar b’mod uffiċjali l-programm tal-festival ta’ din is-sena li bħall-edizzjonijiet ta’ qablu ser ikun mifrux fuq Ottubru u Novembru. Il-festival bla dubju ser jiġbor fih iż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra Verdjana La Traviata li l-booking għaliha huwa diġa’ miftuħ u miexi b’ritmu tajjeb; kunċerti u produzzjonijiet teatrali fit-Teatru Astra; site visits f’numru ta’ postijiet ta’ interess b’mod partikolari għat-turisti; u numru ta’ avvenimenti oħra.

Il-programm uffiċjali ta’ dan il-festival jitħabbar fil-ġranet li ġejjin fuq din il-websajt kif ukoll fuq il-websajt uffiċjali ta’ Festival Mediterranea www.mediterranea.com.mt 

Għal aktar informazzjoni dwar il-festival u dwar bookings ikkuntattjawna fuq: [email protected] / [email protected]