Join Us On:

News Archive

LEJLA MALTIJA B’RISQ IL-FESTA 2012

Bħalma ġa ħabbarna xi jiem ilu l-Għaqda Armar ta’ San Ġorġ se torganizza Lejla Maltija b’risq il-festa ta’ San Ġorġ 2012.  Din il-Lejla se tkun organizzata fi Pjazza San Ġorġ, nhar is-Sibt 15 ta’ Ottubru, fit-8.00 pm.  F’każ ta’ maltemp, l-ikla ssir fil-każin tal-banda La Stella. Janimaw is-serata l-mużiċisti tal-Astra Folk Group, u Angelica Portelli, rebbieħa tal-konkors Kanzunetta Indipendenza 2011 (Talent Żagħżugħ)

Bħas-soltu aħna nistennew il-koperazzjoni tagħkom u tiġu biex niddevertu u nieklu flimkien u fl-istess ħin inkunu qed ngħinu biex ikollna fondi biżżejjed ħalli nagħmlu festa kbira kif inhu xieraq lill-Patrun tal-Għawdxin kollha, San Ġorġ Martri.

Baqa’ biss ftit biljeti u jinkisbu minn Cafè San Ġorġ u mill-ħwienet ewlenin u jiswew €15.