Join Us On:

News Archive

LA STELLA BAND IN CONCERT

Nhar is-Sibt 23 t’ April 2022, Jum il-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ fil-11am se jsir marċ brijuż tal-festa filwaqt li aktar tard fit-8pm, se jsir kunċert mill-Banda Ċittadina u Dekana La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.  Il-kunċert, li se jsir fit-Teatru Astra, se jkun qed jimmarka t-tmiem tax-xogħolijiet estensivi ta’ rinnovar u tiġdid fil-foyer tal-Każin La Stella. Għalhekk din se tkun okkażjoni sabiħa fejn fiha intom is-sostenituri tkunu tistgħu tiġu mhux biss għall-kunċert imma wkoll biex taraw il-ħafna xogħolijiet li saru fl-aħħar sentejn. Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn.

23APRIL2022 CONCERT

Intant nhar il-Ħamis 21 ta’ April se ssir Pasta Night fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Ġorġ, ġewwa l-Każin La Stella. Biex wieħed jibbukkja jista’ jċempel fuq 99249236/79539776.

278440469_5517308198313869_8334483704587036960_n

Fil-Bullettin tal-Parroċċa tagħna ħareġ ukoll il-programm marbut mal-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ li din is-sena jilħaq il-qofol tiegħu bil-Pontifikal tat-Tnejn 25 t’April 2022 fis-7pm, immexxi mill-Isqof t’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata Mons. Anton Teuma.

Aktar f’din il-link.