Join Us On:

News Archive

L-PBS TIPPREŻENTA D-DVD TAL-OPRA NABUCCO

Il-bieraħ, delegazzjoni mill-Public Broadcasting Services Ltd (PBS) ippreżentat d-DVD uffiċjali tal-opra Nabucco li saret f’Ottubru li għadda u li ġiet trasmessa fuq TVM u TVM2 ftit tal-jiem ilu. Il-preżentazzjoni saret fis-sede tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fit-Teatru Astra fil-preżenza tal-President tas-Soċjetà is-Sur Paul M Cassar, is-Segretarju Amministrattiv s-Sur Michael Formosa u s-Surmast Direttur l-Prof. Joseph Vella.

Iċ-Chairman tal-PBS, is-Sur Tonio Portughese wera s-sodisfazzjon tiegħu għal din il-kollaborazzjoni u ħabbar li anke f’ Ottubru li ġej l-PBS se tkun qed tirrekordja l-opra lirika La Boheme ta’ Giacomo Puccini.

IMG_1825 IMG_1826