Join Us On:

News Archive

L-OTELLO TA’ VERDI TIFTAĦ FESTIVAL MEDITERRANEA F’GĦAWDEX

(Ix-xenografu Joseph Cauchi waqt ix-xogħol fuq is-sett ta’ Otello)

Fi tmiem il-ġimgħa f’Għawdex se tiftaħ edizzjoni oħra ta’ Festival Mediterranea fejn fl-opra Otello, nhar il-Ħamis u s-Sibt li ġej, wieħed jistenna spettaklu kbir mużikali kif ukoll meravilja ta’ xenografija.  Bit-tenur Badri Maisuradze’ fir-rwol ta’ Otello, din il-produzzjoni mistennija tibqa’ mfakkra fl-istorja tal-opra f’Għawdex.  Dan jikkumplimenta tajjeb ħafna ma’ kulma joffri l-Festival, fost l-oħrajn iż-żjara fil-mużew il-ġdid Il-Ħaġar, li huwa l-Mużew tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, nhar il-Ġimgħa.  Hemm ippjanata wkoll l-attività A Genuine Taste of Gozo nhar is-Sibt filgħodu, waqt li wieħed jista’ jagħżel ukoll li jisma’ l-Kor Laudate Pueri tal-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-Quddies tal-11.00am il-Ħadd li ġej, fejn se jiġu interpretati biċċiet ta’ mużika sagra mir-repertorju tal-Kor.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fis-sit elettroniku tal-Festival, www.mediterranea.com.mt.

Low Res Programme