Join Us On:

News Archive

L-OPRA TURANDOT FIT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ, 30 ta’ Mejju 2026, The Classique Foundation, ipproduċiet l-opra lirika ta’ Giacomo Puccini ġewwa t-Teatru Astra, liema produzzjoni kienet waħda ta’ suċċess u livell għoli. L-orkestra nazzjonali ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Debrincat filwaqt li id-direzzjoni artistika kienet f’idejn Salvo Dolce assistit minn Andjela Bizimoska. Il-kumitat organizzattiv ta’ The Classique Foundation kien immexxi minn Joseph Debrincat flimkien ma’ Mario Zammit, George P Cassar, Francis Camilleri u s-Surmast Joseph Debrincat.

Fil-partijiet prinċipali kellna sehem Maida Hundeling bħala l-Prrincipessa Turandot, Ragaa Eldin fil-parti tal-Princepe Ignoto (Calaf) u Nicola Said fil-parti ta’ Liu. Il-parti ta’ Timur għamilha Gianluca Breda filwaqt li Marzio Giossi, Andrea Tanzillo u Matteo Mezzaro kantaw il-partijiet ta’ Ping, Pang u Pong rispettivament. Charles Vincenti għamel il-parti tal-Imperatore Altoum.

F’din l-opra ħa sehem il-Coro dell’Opera di Parm flimkien ma’ The Classique Chorus li kienu taħt id-direzzjoni ta’ Silvia Tagliaferro u Francis Camilleri. Il-kor tat-tfal kien taħt id-direzzjoni ta’ Maxine Debrincat. It-tim tal-kostumi kien immexxi minn Ina Zammit fuq disinni ta’ Matteo Capobianco. Matteo iddisinja wkoll is-sett li kien mibni minn Andrew Portelli.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-The Classique Foundation għall-produzzjoni tal-opra Turandot li mingħajr dubju kompliet tarrikkixxi l-istorja tal-produzzjonijiet li saru ġewwa t-Teatru Astra.

Il-produzzjoni li jmiss ġewwa t-Teatru Astra huwa il-kunċert inawgurali tal-Victoria International Arts Festival, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju 2026, bis-sehem tal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta u Simon Schembri (Guitar).

Ritratti tal-opra f’din il-link https://www.facebook.com/theclassiquefoundation