L-ONOR. DR CHRIS SAID IŻUR IT-TEATRU ASTRA
Nhar il-Ħamis 24 ta’ Lulju is-Segertarju Parlamentari Dr Chris Said għamel żjara fit-Teatru Astra fejn segwa partijiet mir-rehearsals li kienu għaddejjin fuq l-palk tat-Teatru u osserva ukoll l-ħidmiet intensivi fil-back stage. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsill Lokali u Konsultazzjoni Pubblika mmexxi minn Dr Chris Said huwa sieħeb ewlieni f’din il-produzzjoni.
L-Onorevoli Said gie milqugħ fil-Każin La Stella mis-Sur Paul Zammit, President tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u minn Raymond Farrugia President ta’ l-Għaqda ta’ l-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ u flimkien ma’ membri oħra tal-kumitat iltaqa’ ma’ diversi membri tat-team tal-produzzjoni u atturi. Dr Said esprima kliem ta’ inkoraġġament lejn din l-inizzjattiva, li minbarra li tenna li kienet qed tipprommetti li tkun waħda ta’ livell għoli, kienet qed tiġbor numru kbir ta’ persuni inklużi ħafna żgħażagħ u tfal f’ attivata kulturali li hi parti minn formazzjoni kompleta ta’ l-individwu.
Il-musical Għaliex Jien?, kitba ta’ Joe Chricop u mużika ta’ Patrick Vella, Andrew Zammit u Mark Tonna ser jittella’ nhar is-Sibt 2 ta’ April 2011 fis-7.30pm. Id-direzzjoni hi f’idejn l-istess Joe Chricop u Mario Tabone. Antonella Zammit hi l-assistenta tal-produzzjoni. Ix-xenajru ġie ddisinjat minn Joseph Cauchi u l-bini tiegħu ikkordinat minn Emanuel J. Farrugia (Stage Manager) u Donald Micallef (Operations Manager). Ix-xogħol tad-dwal hu afdat f’idejn George Zammit u Micho Lightings. Il-vestwarju hu f’idejn George Farrugia u Manuel Grima. Il-koreografija li ser ikun fih dan il-musical hi ta’ Nathalie Scortino. Dawn il-persuni kollha qed imexxu team aktar ta’ voluntiera ikkordinati minn Manuel Attard. Aktar dettalji tal-produzzjoni, inkluż l-atturi kollha, ser tkun ippubblikata fis-souvenir booklet tal-produzzjoni li bħalissa qed jiġi preparat.
Il-booking hu inkoraġġanti ħafna. Dawk kollha interessatii jattednu jistgħu jixtru l-biljetti mill-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella fi Triq ir-Repubblika jew iċemplu fuq 21550985 u 79256897.