Join Us On:

News Archive

L-MPO DDOQQ SINFONIA DOMESTICA GĦALL-EWWEL DARBA F’PAJJIŻNA

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se ddoqq il-kapolavur ta’ Richard Strauss Sinfonia Domestica għall-ewwel darba f’Malta nhar is-Sibt 8 ta’ Frar fit-Teatru Astra f’Għawdex.

Għalkemm l-espressjoni fil-mużika tal-ħajja personali ma kinitx daqstant rari, dan ix-xogħol juri dak kollu li jiġri fir-rutina tal-familja, inklużi l-argumenti mal-mara u l-għajjat tat-tfal żgħar. Tassew li dax-xogħol kontinwu b’ħafna movimenti jispjega ċ-ċiklu ta’ erbgħa u għoxrin siegħa fid-dar tal-familja Strauss.

Il-programm se jinkludi wkoll il-kunċert għall-vjolin ta’ Jean Sibelius, kompożizzjoni meqjusa bħala l-ewwel xogħol astratt tiegħu li jirrifletti l-ħolma ta’ tfulitu li jsir mużiċista.

Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tad-Direttur Artistiku tal-MPO Raoul Lay waqt li s-solista fuq il-vjolin se tkun Anna Gockel, il-“Classic Revelation of Adami” tal-2016.

Biex jattendi għal dan il-kunċert, parti minn #Inħobbok organizzat mill-Ministeru għal Għawdex, wieħed jista’ jakkwista l-biljetti minn showshappening.com jew mill-bar tat-Teatru Astra. Se jkun ipprovdut Shuttle Service esklussiv għal ħlas nominali ta’ €2 u wieħed irid jibbukkja biex jużah. Is-servizz jibda mill-port tal-Imġarr mal-wasla tal-vapur tas-6pm. Il-vjaġġ lura lejn il-port jitlaq wara tmiem il-kunċert.

www.maltaorchestra.com

1