Join Us On:

News Archive

L-ISTRINA 2012

Bħalma ġara matul l-aħħar snin din is-sena se ssir ukoll edizzjoni oħra tal-Istrina, eżattament l-għada tal-Milied, 26 ta’ Diċembru 2012.   L-Istrina, li ssir b’risq il-Community Chest Fund tirċievi donazzjonijiet mingħand il-poplu, minn organizzazzjonijiet kummerċjali kif ukoll NGOs.  
 
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tingħaqad mal-bqija tal-poplu Malti u Għawdxi u diġa ikkontribwixxiet permezz ta’ donazzjoni direttament lill-Istrina u b’hekk tkun qed tgħin hi ukoll f’dan l-iskop nobbli.  Minn din il-paġna aħna ninkoraġġixxu lill-partitarji u membri tagħna biex jipparteċipaw u jgħinu mill-aħjar li jistgħu huma wkoll u b’hekk kulħadd ikun qed jagħti sehmu biex jinġabru l-fondi meħtieġa ħalli dawk anqas ixxurtjati minna jkunu jistgħu jirċievu l-għajnuna meħtieġa.
 
F’isem is-Soċjetà Filarmonika La Stella nawguraw kull suċċess f’din l-edizzjoni tal-Istrina.
 
Aktar informazzjoni fuq www.l-istrina.org.