Join Us On:

News Archive

L-ISPETTAKLU RIO

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għandha pjaċir tħabbar li l-bejgħ tal-biljetti għall-ispettaklu fil-31 ta’ Marzu fit-Teatru Astra bl-isem ta’ “Rio” miż-żeffiena tal-YADA jinsab għaddej b’rata tajba ħafna tant li nistgħu ngħidu li kważi t-Teatru huwa mibjugħ kollu. Baqa’ biss ftit biljetti.  Minn huwa nteressat jista’ jiġi l-każin u jibbukkja l-aħħar ftit seats li fadal.
 
Dan naturalment jawgura tajjeb kemm għall-organizzaturi kif ukoll għat-Teatru tagħna li għal darba oħra se jkun jservi bħala vetrina ta’kultura w arti għall-gżira Għawdxija.
 
(Ritratti: www.yada.com.mt mill-aħħar show tagħhom)