Join Us On:

News Archive

l-ISPETTAKLU RIO FULLY BOOKED !

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għandha l-pjaċir tħabbar li l-ispettaklu kbir bl-isem ta’ “Rio” miż-żeffiena tal-YADA huwa “Fully Booked”.
 
Kif ġa infurmajniekom dan l-avveniment huwa mistenni jkun wieħed kbir u se jkun taħt il-koreografija ta’ Felix Busuttil, Justin Roy Barker u Daron Galea ismijiet rinomati f’dan il-qasam. Minbarra l-YADA se jkun hemm il-parteċipazzjoni wkoll ta’ The College of Jazz Dance. Fl-ispettaklu se jkun hemm 280 żeffiena u madwar 700 kostum li naturalment għandhom jixegħlu l-palk tagħna bi lwien sbieħ u mużika tal-widna flimkien ma diversi stili ta’ żfin.