Join Us On:

News Archive

L-ISPETTAKLU RIO FIT-TEATRU ASTRA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għandha l-pjaċir tħabbar li fil-31 ta’ Marzu fit-Teatru Astra se jittellgħa spettaklu kbir bl-isem ta’ “Rio” miż-żeffiena tal-YADA kemm dawk Għawdxin kif ukoll Maltin.
 
Dan l-avveniment huwa mistenni jkun wieħed kbir u se jkun taħt il-koreografija ta’ Felix Busuttil, Justin Roy Barker u Daron Galea, ismijiet rinomati f’dan il-qasam. Minbarra l-YADA se jkun hemm il-parteċipazzjoni wkoll ta’ The College of Jazz Dance. Fl-ispettaklu se jkun hemm 280 żeffiena u madwar 700 kostum li naturalment għandhom jixegħlu l-palk tagħna bi lwien sbieħ, mużika tal-widna, speċjalment mis-soundtrack tal-animated film “Rio” u biċċiet ta’ żfin bi stili differenti.
 
Il-Booking huwa miftuħ fit-Teatru Astra u l-prezz huwa ta’ €12. Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 79452104 jew 99825077.