L-GĦID IT-TAJJEB !
Illum nifirħu ma ħutna l-insara f’dik li hi l-aqwa festa għall-Knisja universali, il-qawmien mill-imwiet ta’ Sidna Ġesu Kristu, eżattament kif kien ħabbar matul ħajtu.
Il-Banda La Stella dalgħodu kellha tieħu sehem fid-dimostrazzjoni reliġjuża bi Kristu Rxoxt, xogħol fl-injam ta’ Alfred Camilleri Cauchi (1997) bis-sehem tal-fratellanzi u tal-parroċċa. Minħabba t-temp ħazin ta’ filgħodu, din ġiet imħassra.
Filgħaxija imbagħad għall-Banda La Stella hemm skedata ukoll il-manifestazzjoni oħra bi Kristu Rxoxt, din id-darba fil-parroċċa tal-Fontana.
Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-awgurju tagħna tal-Għid it-tajjeb lil dawk kollha nvoluti fis-Soċjetà; kumitati, banda, teatru, armar, nar u l-parruċċani ta’ San Ġorġ flimkien mal-kapitlu u l-kleru.