Join Us On:

News Archive

L-AĦĦAR TISLIMA LILL-PRESIDENT EMERITUS CENSU TABONE

Huwa xieraq li llum nagħtu l-aħħar tislima lil Ċensu Tabone li bħalma ċerti li tafu twieled fil-belt Għawdxija tar-Rabat. Dott. Censu Tabone twieled fl-1913 u ġie mgħammed fil-parroċċa ta’ San Ġorġ sewwasew fit-2 ta’ April ta’ dik is-sena. Huwa kien iben Niccolo’ Tabone u Elisa née Calleja u kien l-iżgħar fost għaxar ulied. Missieru kien l-ewwel tabib Malti li studja fl-Ingilterra u serva bħala tabib distrettwali f’Għawdex. Missieru miet għall-għarrieda fl-età ta’ 59 sena. Sentejn wara, meta kellu 11-il sena, Ċensu Tabone niżel Malta biex jieħu l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Alwiġi. Ċensu Tabone laħaq tabib u speċjalizza fl-għajnejn fejn kiseb suċċess kbir f’pajjiżna u fix-xena internazzjonali. Huwa daħal fil-politika ftit tas-snin wara u okkupa diversi karigi fil-kabinett.
 
Fis-16 ta’ Marzu, 1989, Ċensu Tabone irriżenja minn Ministru tal-Affarijiet Barranin u minn membru parlamentari, biex fl-4 ta’ April tal-istess sena nħatar President ta’ Malta. F’din il-kariga serva sal-1994. Ta’ min ifakkar li parti mill-każin tas-Soċjetà kienet residenza tal-familja Tabone.
 
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tixtieq tagħti l-kondoljanzi lil martu Marija, lil uliedu u lill-familjari tiegħu.
 
(Ritratti: www.timesofmalta.com)