L-AĦĦAR TISLIMA LIL ĠANNI FORMOSA
Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella akkumpanjat il-korteo ta’wieħed mill-bandisti fl-aħħar vjaġġ tiegħu minn Triq ir-Repubblika għall-Bażilika ta’ San Ġorġ. Il-korteo kien immexxi minn Mons. Ġużeppi Farrugia, li huwa d-direttur spiritwali tas-Soċjetà. Matul il-korteo indaqqu marċi funebri ta’ żewġ kompożituri minn tagħha, Mro. Giuseppe Giardini Vella u l-Prof. Mro. Joseph Vella. Għall-korteo u għall-quddiesa tal-funeral attendiet ukoll delegazzjoni tal-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, immexxija mill-President tas-Soċjetà s-Sur Pawlu Zammit. Ġanni jibqa’ mfakkar għal-lealtà tiegħu u l-imħabba li kellu lejn San Ġorġ u l-Banda tagħna. Ġanni llum qiegħed igawdi ‘l-Ħallieq tagħna fis-sema, ‘l Ommna Marija u ‘l San Ġorġ.
Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.
(Ritratti minn 1 sa 9: JOE ATTARD)
(Ritratt 10: facebook)