L-AĦĦAR BILJETTI GĦALL-ISPETTAKLU TA’ “DEĊEDUTI”
Bħalma ħabbarna xi jiem ilu, l-kumpanija wara s-sensiela popolari fuq it-televiżjoni Maltija Deċeduti, għażlet it-Teatru Astra biex tagħmel is-Season Premier tagħha.
L-ispettaklu se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Settembru 2011, fit-3.00 pm. Titilfux dan iċ-ċans biex taraw dan is-show popolari.
Wieħed jista’ jara l-promo tal-ispettaklu billi jidħol f’dan is-sit Filmat ta’ Deċeduti.
Wara l-ispettaklu n-nies jistgħu jiltaqgħu mal-atturi u jieħdu ritratti u authographs.
Il-Biljetti jiswew €10 u jistgħu jinkisbu mit-Teatru Astra jew billi wieħed iċempel fuq 79256897 jew 21550985.