Join Us On:

News Archive

KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA MILL-BANDA LA STELLA

Għadu kif tħabbar li l-Banda Ċittadina La Stella se żżomm l-appuntament tagħha għal dan iż-żmien billi tagħmel kunċert ta’ mużika sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ Martri. 

Il-Kunċert se jsir nhar it-Tnejn 2 ta’ April 2012 fit-8.15am sewwasew wara l-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur li se ssir fl-istess ġurnata mill-Knisja ta’ San Franġisk sal-Bażilika. Il-Kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Prof. Jospeh Vella. Kulħadd huwa mistieden.