KUNĊERT TAL-MILIED MILL-KOR PICCOLE STELLE
Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru ġie mtella kunċert bit-tema tal-Milied mill-Kor tat-Tfal tat-Teatru Astra, ‘Piccole Stelle’, taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Attard. Il-kunċert ġie mtella ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ, l-Belt Victoria, quddiem udjenza numeruża ħafna. Dan il-kor ta madwar 40 kantant, jiltaqa’ darba fil-ġimgħa u t-tfal jkollhom opportunijiet mużikali varji fejn jesperjenzaw dixxiplini varji f’ġeneri differenti fi ħdan it-Teatru Astra.
Ir-repertorju magħżul għal dan il-kunċert kien jinkludi innijiet tal-Milied popolari li jdaħħluna fl-atmosfera ta’ dawn iż-żminijiet. Il-kor kien akkumpanjat mill-pjanista Amy Borg, fuq il-flute minn Sarah Cassar u fuq il-percussions minn Lucas Portelli.
Is-serata kienet ippreżentata minn Alexis Mejlaq, Alexey Scicluna u Karolynn Ellis u kienet possibli grazzi għall-għajnuna tad-direttorat għall-wirt kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Minn din il-paġna nawguraw il-festi t’tajba lilkom li dejjem tkunu ta’ support u sostenn għas-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-entitajiet tagħha.
Ritratti: Joe Attard