KUNĊERT TAL-MILIED MILL-KOR PICCOLE STELLE
Nhar il-Ħadd li għadda, 7 ta’ Diċembru 2025, ġewwa t-Teatru Astra, ġie mtella’ kunċert ta’ livell għoli ħafna mill-kor tat-tfal tat-Teatru Astra, Piccole Stelle. Din kienet l-ewwel darba li l-kunċert tal-Milied tal-Piccole Stelle sar fit-Teatru Astra, u għalih kienu mistiedna bħala parteċipanti speċjali l-iskola taż-żfin Centre Stage Dance Academy u l-kantanta rinomata Sarah Bonnici.
Għal din is-serata attendew ħafna nies, fosthom il-familjari tat-tfal tagħna kif ukoll oħrajn li għoġobhom jingħaqdu magħna għal din l-attività. Il-Kor Piccole Stelle kien taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Attard, li ħadet ħsieb ukoll it-tħejjija tat-tfal permezz ta’ diversi rehearsals matul il-ġimgħat li għaddew.
Din l-attività kienet possibbli bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, kif ukoll tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdanu.
Ritratti: Joe Attard



























