Join Us On:

News Archive

KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

_DSC0045

Nhar is-Sibt li ġej il-Banda Ċittadina La Stella se ttella kunċert ta’ Mużika Sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ – appuntament ta’ kull sena tal-banda tagħna f’dawn il-jiem tar-Randan.  Il-Kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Prof. Joseph Vella. Il-programm jinkludi biċċiet ta’ mużika minn films kbar marbuta ma’ dawn iż-żminijiet kif ukoll biċċiet tas-Surmast Joseph Vella, Giuseppe Giardini Vella u Mario Galea fost oħrajn, li jinsabu wkoll fuq ic-CD ġdida li għadha kif ħareġet il-Banda La Stella. Bħala parti mill-programm se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-Kor Laudate Pueri taħt it-tmexxija tal-Kan. Dun Ġorġ Frendo.

Il-Kunċert jibda fit-8.00pm u d-dħul huwa b’xejn.