Join Us On:

News Archive

KUNCERT TA’ MUZIKA SAGRA MILL-BANDA LA STELLA

Nixtiequ nfakkru lill-partiatrjij tal-Banda Cittadina La Stella u lill-parruċċani tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ San Ġorġ li għada t-Tnejn, 2 ta’ April fit 8.15 pm se jkun hemm il-Kunċert ta’ Mużika Sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Din l-attività se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Prof. Joseph Vella.  Il-biċċiet li se jindaqqu jinkludu; Moonlight Sonata ta’ Beethoven, O Vos Omnes ta’ Gesualdo de Venosa (Kor Laudate Pueri), In Memoriam Ganni Formosa, ta’ Joseph Vella, Intermezzo (Cavalleria Rusticana) ta’ Pietro Mascagni, Lament From Stabat Mater ta Karl Jenkins b’arranġament ta’ George Camilleri, Elegy (in memoriam H.E.Bishop Nikol Cauchi) ta’ Mario Galea u A Hope for Peace (Romance No.2 in Fm) ta’ Sunny Galea.

Dan huwa impenn importanti għall-Banda La Stella li jsegwi il-ġimgħat ta’ preparamenti mill-bandisti, s-surmast u l-kumitat. B’ dan l-appuntament il-Banda La Stella ser tiftaħ l-appuntamenti tagħha fil-Ġimgħa Mqaddsa li huma ġranet importanti għas-Soċjetà La Stella, partikularment, il-purcissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, fejn il-Banda Ċittadina La Stella tipparteċipa f’dik li hi l-purċissjoni prinċipali tal-Gżira.

Kulħadd huwa mistieden jattendi għall-kunċert ta’ għada. Id-dħul huwa b’xejn.