Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MUŻIKALI MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Il-bieraħ filgħaxija sar il-kunċert mużikali fil-Bażilika ta’ San Ġorġ mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni ta’ Mro Noel Beck.  Il-kunċert kien jinkludi marċi funebri mic-CD ġdid li għadu kif ħareġ, kif ukoll biċċiet oħra sagri u klassiċi marbuta mat-tema “Mill-Mewt għall-Qawmien”. Hadu sehem fis-serata il-Laudate Pueri taħt it-tmexxija tal-Kan. Dun George Frendo, kif ukoll il-kor tat-Teatru Astra Piccole Stelle taħt it-tmexxija ta’ Mariella Spiteri Cefai. Prosit tassew lil dawk kollha  li ħadmu biex dan l-avveniment isir.

Marbuta mal-festi tal-Għid din il-ġimgħa hija waħda impenjattiva għall-Banda tagħna. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira l-Banda La Stella takkumpanja l-Purċissjoni mill-Bażilika ta’ San Ġorġ, l-aktar waħda antika f’Għawdex (pre-1788) filwaqt li l-Ħadd filgħodu tieħu sehem fil-Purċissjoni Solenni bl-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt.

Intant infakkru fiż-żewġ fil-wirjiet marbuta ma’ dawn il-fest: waħda fis-sala tar-radju Leħen il-Belt Victoria, Pjazza San Ġorġ u oħra fil-Każin tal-Banda La Stella.

Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex inħeġġukom tieħdu sehem fil-funzjonijiet ta’din il-ġimgħa fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Aktar dettalji dwar ħinijiet issibuhom f’dan il-link.

(Ritratti: Toni Farrugia)

(Ritratti: Joe Attard)

(Ir-ritratti ma jistgħux jintużaw mingħajr il-kunsens tal-awturi)