KUNĊERT MILL-SPMO WOODWIND ENSEMBLE
Nhar is-Sibt 19 t’Ottubru 2024, ġewwa s-Sala Professur Joseph Vella, sar kunċert ta’ livell għoli mill-SPMO Woodwind Ensemble kompost minn Noel Beck, Silvio Zammit, Alfred Fenech u Peter Lydley. Matul dan il-kunċert indaqqu biċċiet mużikali ta’ Beethoven, Jacque Ibert, Enrico Morricone, Ingo Luis, Giacomo Puccini, Eugène Bozza u Andrey Rubtsov.
Il-kunċert kien parti mill-programm Festival Mediterranea 2024 li issa wasal fil-wieħed u għoxrin edizzjoni tiegħu. L-attendenza għal dan il-kunċert kienet waħda sabiħa minkejja ix-xita qalila li ħakmet il-gżira Għawdxija eżattament qabel beda l-kunċert.
Prosit tassew lill-mużiċisti u l-organizzaturi għal din is-serata mużikali ġewwa t-Teatru Astra.
(Ritratti: Joe Attard)











