Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MILL-KOR TAT-TEATRU ASTRA TAT-TFAL ‘PICCOLE STELLE’

Nhar il-Ħadd li ġej ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ se jsir il-kunċert mill-Kor tat-Teatru Astra tat-Tfal, “Piccole Stelle”.  Din hija t-tieni edizzjoni tal-kunċert b’repertorju għal dan iż-żmien tal-Milied.  Il-kunċert jismu “Carolling Christmas” u se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Ms Sylvana Cini.

Waqt il-kunċert se jieħdu sehem ukoll xi bandisti li huma studenti fl-iskola tal-mużika tal-Banda Ċittadina La Stella.

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn.  L-isbaħ rigal li nistgħu nagħtu lil dawn it-tfal huwa billi nattendu għal dan il-kunċert u b’hekk inkunu qed ninkoraġġuhom u nifirħu magħhom f’dan iż-żmien tal-Avvent.  Il-kunċert jibda fit-8pm.

Christmas Concert2018