KUNCERT MILL-KOR PICCOLE STELLE
Wara l-partecipazzjoni tal-bieraħ tal-kor Piccole Stelle waqt il-mixgħela tad-dwal ta’ Pjazza Indipendenza u Triq ir-Repubblika (ara ritratti) issa jmiss kunċert nhar il-Milied fi Pjazza San Ġorġ fit-8pm. Din is-sena l-kunċert se jkun “In Aid of Ethiopia” u se jkun taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mariella Spiteri Cefai. Kulħadd huwa mistieden u ndirettament ikun qed jgħin fi proġett nobbli favur dawk anqas ixxurtjati minna.