Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MILL-AQWA NHAR IS-SIBT LI GĦADDA

Nhar is-Sibt li għadda l-Banda Ċittadina La Stella kienet il-protagonista fil-Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa li sar fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  L-attendenza għall-kunċert kienet waħda sabiħa u dan jagħmel kuraġġ kbir biex fil-futur nkomplu ntejbu u nkabbru dawn l-attivitajiet.  Prosit kbir imur mhux biss għall-bandisti tagħna li għamlu ħafna kunċerti preparatorji matul il-ġimgħat li għaddew b’impenn kbir, imma wkoll lis-Surmast Direttur il-Prof Joseph Vella li mexxa dan il-kunċert.  Prosit ukoll imur lill-Kor Laudate Pueri li kien taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J Frendo.  Dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr dawk li ħadu sehem biex organizzaw il-loġistika tal-kunċert li kienet biċċa uġiegħ ta’ ras meta tqis li l-quddies kontinwu tal-ġurnata kien għadu kif spiċċa ftit minuti qabel.

Is-Sur Pawlu Cassar, President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella mexxa l-kumitat ċentrali li naturalment kien preżenti fuq quddiem.  Attendew ukoll l-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona, d-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà Mons. Ġużeppi Farrugia, u membri oħra tal-Kapitlu Ġorġjan.

Il-biċċiet li ndaqqu kienu dawn:

El Cid, Miklos Rozsa
In Memoriam Gracie Micallef, Joseph Vella
Super Flumina Babylonis, P.L. da Palestrina, Kor Laudate Pueri
Ave Maria, Ray Sciberras, Solista George Camilleri (Euphonium)
Tristis est Mundus: In Memoriam Michelangelo Formosa, Joseph Vella
Andante in Bb for Horn, Mario Galea, Solista Aaron Borg (Horn)
Mestitia, Giuseppe Giardini Vella
Lamento, Orlando Crescimanno
The Ten Commandments,  Elmer Bernstein

L-appuntamenti li jmiss għall-Banda tagħna issa huma nhar il-Ġimgħa l-Kbira u nhar Ħadd il-Għid bi Kristu Rxoxt.  Ma ninsewx ukoll l-attivitajiet tat-Tridu Paskwali li jkollna matul din il-ġimgħa fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.

Ritratti oħra aktar il-quddiem.

(Ritratti: George Formosa)

  IMG_0524IMG_0527 IMG_0506

Aktar ritratti tal-kunċert minn Joe Attard fuq dan il-link.