Join Us On:

News Archive

KUNĊERT MILL-ALLJIEVI TAL-BANDA TAGĦNA

Il-bieraħ kien l-ewwel jum ta’ Festival Mediterranea 2025, li issa wasal fit-22 -il edizzjoni, bil-kunċert tal-alljievi tal-banda tagħna. Is-serata kien fiha għażla vasta ta’ biċċiet mużikali ensemble, duets kif ukoll solos kemm fuq l-istrumenti tar-ram kif ukoll dawk tal-qasba.

Is-serata ġiet ippreżentata mis-Sur George P. Cassar u saret fis-Sala Joseph Vella. Għal din l-attività kien hemm attendenza sabiħa li timla b’kuraġġ kemm lill-istudenti tagħna kif ukoll lill-għalliema fid-diversi sezzjonijiet. L-akkumpanjament fuq il-pjanu sar minn Ms Amy Borg. L-istudenti tagħna huma mħarrġa minn George Camilleri (Ram), Michael Bonanno (Woodwind) u Michela Schembri (Woodwind).

Għas-serata attenda l-president tas-Soċjetà Filarmonika La Stella Michael Formosa u s-surmast direttur tal-Banda Ċittadina La Stella Dr John Galea.

Prosit tassew lilkom studenti u għalliema tagħna li tagħmluna kburin f’dawn l-okkażjonijiet speċjali.

(Ritratti: Joe Attard)