KUNĊERT F’JUM L-INDIPENDENZA MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA
Sabiex jiġi iċċelebrat it-tnejn u sittin anniversarju mill-kisba tal-indipendenza ta’ Malta, nhar it-tnejn 21 ta’ Settembru 2026, il-banda La Stella ġiet mistiedna tessegwixxi kunċert mużikali fis-7.30 ta’ filgħaxija ġewwa misraħ Indipendenza fil-Belt Victoria. Din l-istedina waslet mill-kumitat festi nazzjonali u reġjonali fi ħdan il-ministeru għal Għawdex. Il-publiku attenda bi ħġaru. Preżenti kien hemm il-ministru għal-Għawdex l-Onorevoli Clint Camilleri, Dr. Frank Anthony Tabone – membru parlamentari, is-Sur John Xuereb – Direttur tal-Wirt kulturali għal- Għawdex, is-Sur Anton Tabone – ex. Speaker tal-Parlament u ex. Ministru għal-Għawdex kif ukoll il-President tas-soċjeta’ La Stella is-sur Michael Formosa u bosta membri oħra tal-kumitat. Id-direzzjoni mużikali kienet f’idejn id-direttur tal-banda Mro. Dr. John Galea. Intoduċiet il-programm is-Sinjura Rosabelle Pavia.
Bħala introduzzjoni għall-kunċert indaqqu l-Inno La Stella, versi ta’ Patri Giacinto Camenzuli u mużika ta’ Mro. Giuseppe Giardini Vella u Innu lil Għawdex, versi ta’ Ġorġ Pisani u mużika ta’ Mro. Prof. Joseph Vella. Il-programm kien jikkonsisti f’diversi bċejjeċ klassiċi popolari, bħal African Symphony ta’ Van McCoy, Pezzo Sinfonico ta’ Mro. Prof. Joseph Vella, Fanfare Saluteta’ Mro. Dr. John Galea, Estudiantina ta’ Emil Waldteufel, Free World Fantasy ta’ Jacob de Haan, u l-overture Poet and Peasant ta’ Franz von Suppe’. Il-programm ġie fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti, versi tal-poeta Dun Karm Psaila u mużika tat-tabib Dr. Robert Sammut.




