Join Us On:

News Archive

KUMITAT ĠENERALI ĠDID

Nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar 2017, saret il-laqgħa ġenerali annwali fejn sar rapport dettaljat tas-Segretarju Amministrattiv is-Sur Michael Formosa, ingħata rendikont finanzjarju mis-Sur Joseph Tabone, Kontrollur Finanzjarju tas-Soċjetà, u inqara r-rapport tal-awdituri mir-rappreżentant tal-PKF Malta (Kumpanija internazzjonali tal-Awdituri).  Fl-aħħar tal-laqgħa ġiet iffisata d-data tal-5 ta’ Frar 2017 biex issir elezzjoni għall-kumitat ġenerali ġdid għas-sena 2017.

Fl-istess laqgħa inħatret kummisjoni elettorali li matul il-ġimgħa ħadmet biex tiġi organizzata l-votazzjoni li għaliha jivvutaw il-bandisti tal-Banda Ċittadina La Stella.  Filfatt, dalgħodu saret il-votazzjoni u ġew eletti 25 membru, xi wħud minnhom għal ewwel darba.  Dawk eletti huma:

Ballucci Charles
Borg Georg Joseph
Borg James Lawrence
Buhagiar Joseph
Cachia Albert
Cassar George P
Cassar Kurt
Cassar Paul M
Cauchi Anthony
Cremona Carmelo
Debono Christian
Farrugia Anthony
Farrugia Jason
Formosa George
Formosa Michael
Mifsud Matthew
Mizzi Raymond
Mizzi Dr Chris
Sacco Charlie
Schembri Frank
Schembri Mark
Tabone Joseph
Vella George
Zammit Anthony
Zammit Matthew

Minn din il-paġna nixtiequ u nawguraw sena ta’ ħidma għall-ġid tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Il-pass li jmiss huwa li issa jiġi maħtur President minn fost dawk eletti. Għalhekk, il-bandisti se jkunu mitluba jivvutaw mill-ġdid nhar il-Ħadd li ġej biex jiġi elett President minn fost in-nomini li jsiru.