Join Us On:

News Archive

KUMITAT ĠENERALI ĠDID GĦAS-SENTEJN LI ĠEJJIN

Fl-aħħar ġranet bdiet il-ħidma tal-amministrazzjoni ll-ġdida tas-Soċjetà Filarmonika La Stella – dan wara l-proċess statutorju li skatta nhar it-22 ta’ Frar 2026 meta inżammet il-Laqgħa Annwali Ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Matul il-laqgħa ġew ippreżentati ir-rapport ta’ ħidma u dak finanzjarju, kif ukoll ġiet mogħtija informazzjoni fuq il-diversi proġetti li ġew konklużi u dawk li hemm ippjanati għas-sentejn li ġejjin.  Il-preżentazzjoni dettaljata saret mill-President is-Sur Michael Formosa.  Fi tmiem il-laqgħa ġie xolt il-kumitat ġenerali u nħatret kummissjoni elettorali biex torganizza l-elezzjoni tal-kumitat il-ġdid kif ukoll dik ta’ President.

L-elezzjonijiet tal-kumitat il-ġdid u dik tal-president saru nhar it-8 u 9 ta’ Marzu u l-14 u l-15 ta’ Marzu 2026 rispettivament.  Il-kumitat maħtur il-ġdid jinkludi diversi persuni li ilhom iservu għal bosta snin kif ukoll uċuħ ġodda li kienu qed jikkontestaw għall-ewwel darba.  Fl-elezzjoni tal-President inħatar mill-ġdid is-Sur Michael Formosa, b’vot unanimu li issa ilu jservu f’din l-aktar kariga importanti mill-2019.

 Wara li saret l-ewwel laqgħa tal-kumitat il-ġdid ġew maħtura l-irwoli l-ġodda biex b’hekk tkun tista’ tkompli il-ħidma b’risq is-Soċjetà Filarmonika La Stella. 

Il-kumitat ġenerali l-ġdid huwa kompost minn dawn il-membri li għandhom dawn ir-responsabilitajiet;

Michael Formosa – President

Matthew Zammit – Segretarju

Joseph Tabone – Kontrollur Finanzjarju

Frank Schembri – Teżorier

Dr Christopher Mizzi – Viċi President

George Zammit – Direttur Ġenerali

Silvio Cini – Assistent Segretarju/Arkivista

Andrea Camilleri – Direttur Teatru Astra

Michael Cauchi – Teatru Astra Stage Manager

Manuel Attard – Rappreżentant Għaqda tal-Armar/Allievi

Christian Debono – Direttur Każin/Rappreżentant Astra Power Boys

Matthew Mifsud –  Rappreżentant Għaqda Żgħażagħ La Stella

Elena Zammit – Assistent Kontrollur Finanzjarju

Kurt Cutajar – Assistant Stage Manager

Riccardo Gatt Ellis – Uffiċjal responsabbli mill-proġetti (infrastrutturali)

Francine Tabone – Uffiċjal responsabbli mid-data u records

Marcell Tabone – Uffiċjal responsabbli mit-tombla u fund-raising

George Joseph Borg – Uffiċjal responsabbli mill-loġistika Banda La Stella

George Spiteri – Uffiċjal responsabbli mis-saħħa u sigurtà

Ġorġ Pisani – Uffiċjal responsabbli mill-ko-ordinazzjoni tal-festa

Michael Said – Uffiċjal responsabbli mill-proġetti marbuta mal-istorja

Kurt Cassar – Uffiċjal responsabbli mill-proġetti marbuta mar-riċerka storika

Gianfranco Gatt Ellis- Uffiċjali responsabbli mill-outreach taż-żgħażagħ

Ħatriet oħra u konfermi li saru mill-kumitat ġenerali fl-ewwel laqgħa tiegħu huma s-segwenti;

Dr Antoine Cremona – Chairman Bord tal-Etika

George Borg – Segretarju Bord tal-Etika

Stefan Said – Membru fil-Bord tal-Etika

George Camilleri – Membru fil-Bord tal-Etika

Mario Casha – Awditur Intern

Minn din il-paġna nawguraw ħafna ħidma favur is-Soċjetà Filarmonika La Stella biex il-livell ta’ dak kollu li tagħmel jibqa jogħla kemm fejn tidħol il-banda u l-impenji mużikali tagħha, il-produzzjonijiet fit-Teatru Astra, fl-organizzazzjoni tal-Festa ta’ San Ġorġ Martri u fid-diversi proġetti biex tkompli tissaħħaħ din is-soċjetà.