KUĊERT TAL-MILIED MILL-KOR PICCOLE STELLE
Issa li qed noqorbu għall-festi tal-Milied inħabbru bi pjaċir li din is-sena l-Kor Piccole Stelle ser jippreżenta l-kunċert annwali tal-Milied fit-Teatru Astra. Dan il-kunċert, taħt id-direzzjoni ta’ Sylvana Attard, ser jgħaqqad il-mużika, iż-żfin u r-rakkont f’esperjenza maġika li joffri t-teatru. Sarah Bonnici ser tkun il-mistiedna speċjali filwaqt li Centre Stage ser jieħdu ħsieb il-korjografija. Dan il-kunċert ser ikun qed jittella’ bl-għajnuna tal-Ministeru għal-Għawdex u l-Ippjanar.
Għall-biljetti imla din il-formola: Formula



